Ewropa Lokali Parlament Unjoni Ewropea

Liġi Ewropea kontra l-ISLAPP issa saret aktar urġenti – David Casa

Wara li lbieraħ filgħaxija, l-Gvern Malti, permezz tal-Ministru Owen Bonnici, vvota kontra emenda tal-Oppożizzjoni mressqa mid-Deputat Jason Azzopardi, li kienet tinsisti biex ġurnalisti Maltin ikunu protetti kontra l-ISLAPP, issa, direttiva Ewropea dwar dan saret aktar urġenti.

Dan qalu l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa fi stqarrija li fiha ħabbar li dalgħodu stess, hu kkomunika mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans biex jinfurmah bl-aħħar żviluppi li seħħew fil-Parlament Malti, kif ukoll biex iżid il-pressjoni tiegħu biex il-Kummissjoni Ewropea tiproponi liġi Ewropea sax-xahar id-dieħel.

Fix-xhur li għaddew, ġurnalisti Maltin spiċċaw vittmi ta’ proċeduri legali minn entitajiet bħall-Bank Pilatus u Henley & Partners, f’ġurisdizzjonijiet barra minn Malta – bħall-Istati Uniti – permezz ta’ prattiċi abbużivi u li huma ta’ theddida għall-libertà tal-media.

L-ittra li l-MEP David Casa bagħat lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans

Ara aktar:

Il-Gvern jopponi għal proviżjonijiet kontra l-iSLAPP

Appell mill-IĠM biex il-Ministru jiġġieled it-theddida tal-iSLAPP