– Claudette Buttigieg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg sostniet li hu ironiku kif il-gvern qed iressaq il-liġi kontra l-korruzzjoni fl-isport meta fil-pajjiż hawn korruzzjoni u nuqqas ta’ governanza tajba u nuqqas ta’ trasparenza fuq livell politiku.
Fil-parlament Claudette Buttigieg qalet li l-korruzzjoni, goveranza tajba u trasparenza huma element fundamentali f’din il-liġi u spjegat kif dawn il-kliem jistagħu jintużaw fil-kunċett politiku kif jitmexxa l-pajjiż. Hi qalet li hu inkwetanti li fil-pajjiż qed jitlef il-kontrolli f’kull livell.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li hi ironija li f’din il-liġi qed jissemma’ l-whistle blower meta fil-pajjiż mhux rispettat fejn hawn persuni jinkwetaw għal ħajjithom u anki huma maħruba mill-pajjiż. Din il-liġi għandu jkollha s-saħħa biex tinvestiga riżultati li joħolqu dubji.
Is-soċjetà hi mnawra minn ġewwa, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li qalet li l-aktar li se jbatu huma l-ġenerazzjonijiet futuri. Il-pajjiż jinsab fi stat tal-biki u għalhekk ma jistax isewwi l-korruzzjoni fl-isport meta l-pajjiż għandu l-qafas imnawwar.
Claudette Buttigieg espremiet tama li din il-liġi tkun il-bidu lejn l-indafa tal-pajjiż mill-korruzzjoni li jinsab fiha.
//= $special ?>