Lokali

Quddiem it-traġedja fiż-Żurrieq il-pajjiż ġab ruħu b’mod magħqud u matur

– Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia sostna fil-parlament li quddiem it-traġedja fiż-Żurrieq li fiha mietu żewġ turisti, il-pajjiż ġab ruħu b’mod magħqud u matur.

F’intervent fil-parlament wara stqarrija ministerjali, Adrian Delia espriema grattiudni għall-ħaddiema tas-servizz mediku f’din it-traġedja u espriema solidarjetà mal-familjari tal-vittmi. Hu sostna li l-pajjiż irid juri li quddiem dawn it-traġedji għandu jirreaġixxi bħala nazzjon u ma jkunx hemm firda bejn Gvern u Oppożizzjoni. Dan hu pajjiż li jifhem u jgħin; jikkura kemm lill-Maltin kif ukoll lil min iżur il-pajjiż, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni, li kompla li Malta qed turi li kapaċi tilqa’ u ddewwi lil dawk li jżuru lill-pajjiż.

Fl-istqarrija ministerjali l-Viċi-Prim Ministru Chris Fearne epriema solidarjetà mal-familjari tal-vittmi u rringrazzja lill-ħaddiema fis-servizz tas-saħħa Maltin. Hu qal li nfetħet inkjesta mill-Maġistrat u spjega li l-inċident seħħ fl-4.15 p.m. fiż-Żurrieq fejn intbagħtu żewġ ambulanzi.

Kien hemm żewġ persuni; Spanjola u Belġjan u 50 persuna oħra minn 14-il pajjiż kellhom bżonn assistenza oħra. 22 persuna feruti kienu rilaxxati minn Mater Dei waqt li d-19 il-persuna li ngħataw kura fiċ-Ċentri tas-Saħħa ukoll kienu rilaxxati. Seba’ pazjenti għadhom qed jingħataw kura waqt li saru żewġ operazzjonijiet maġġuri fuq żewġ pazjenti fl-ITU. Hemm ukoll żewġt itfal Ingliżi li qed jinżammu fl-ITU; wieħed minnhom jinsab f’qagħda kritika.

Il-Ministru Ian Borg qal li l-vettura involuti hi klassifika skont ir-regoli u għandha polza ta’ assigurazzjoni valida. Ix-xufier ukoll għandu liċenzja valida u hu kopert skont ir-egoli.

Id-deputat Nazzjonalista Robert Arrigo qal li l-aħbar waslet barra minn Malta u sostna l-Oppożizzjoni lesta testendi l-għajnuna lill-gvern biex l-pajjiż ikun vuċi wieħed. Hu qal li l-pajjiż għandu jitgħallem minn din it-traġedja fejn hemm talba ta’ €7 miljuni fuq biljett mixtri. Għandha titwaqqaf task-force biex titratta s-sitwazzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal li l-Oppożizzjoni lesta tgħin biex ikunu evitati inċidenti ta’ dan it-tip. Għandha ssir analiżi dwar is-sitwazzjoni tat-toroq arterjali biex ikunu evitati inċidenti simili.

Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marcco qal li l-pajjiż kien insensittiv li l-operazzjonijiet ta’ dawn l-open bus services tħallew għaddejjin. Hu sostna li kellha ssir sospensjoni temporjana ta’ dawn ir-rotot sakemm is-servizzi tas-saħħa u s-sigurtà jassiguraw li m’hemmx riskju. Hu staqsa x’għamlet l-Awtorità tat-Trasport llum biex ikun assigurat li l-perikli kienu evitati.

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg semmiet siġra simili f’Ħal Lija u appellat biex jittieħdu l-miżuri meħtieġa.