Internazzjonali

It-tifla tal-eks spija Russu toħroġ mill-isptar

Yulia Skripal ittieħdet f'post sigur

Yulia Skripal, it-tfajla li ġiet avvelenata flimkien ma’ missierha Sergei, ġiet rilaxxata mill-isptar f’Salisbury.

Yulia, li għandha 33 sena, hi t-tifla tal-eks spija Russu Sergei Skripal. Sorsi qed jgħidu li hi ttieħdet f’post sigriet biex tkun f’sigurta’ stretta.

Hi kienet ilha fis-Salisbury District Hospital mill-4 ta’ Marzu li għadda.

Missierha Sergei, li għandu 66 sena, għadu rikoverat l-isptar iżda l-kundizzjoni qed titjieb rapidament.