Lokali

RITRATT: Vann jibqa’ dieħel f’siġra fis-Saqqajja; iċarrat parti mis-saqaf

Raġel ta’ 51 sena miż-Żurrieq baqa’ dieħel f’siġra fit-Triq tas-Saqqajja b’vann Toyota tat-tip DYNA.

Mas-sewwieq kien hemm passiġġier ta’ 44 sena.

L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30pm, u fil-post issejħet ukoll ambulanza.

Sorsi qalulna li l-vann weħel ma’ fergħa ta’ siġra fin-niżla, direzzjoni lejn Ħ’Attard. Il-passiġġier ittieħed l-isptar kaġun tal-feriti li ġarrab. Fil-fatt, id-daqqa’ tal-vann tidher evidenti fuq in-naħa tal-passiġġier.

Il-kundizzjoni tas-sewwieq hi waħda stabbli.

Aktar dettalji malli jaslulna.