Lokali

AĠĠORNATA: Ix-xufier interrogat fid-Depot; żewġt itfal għadhom fl-ITU

Il-kawża għad-danni taf tlaħħaq sa €2 miljuni

Ix-xufier ta’ 24 sena li lbieraħ kien qed isuq ix-xarabank bit-turisti fi Triq il-Belt Valletta ż-Żurrieq, qatta’ l-ġurnata fid-depot tal-Furjana fejn qed ikun interrogat mill-Pulizija. Dan filwaqt li fil-post waranofsinhar sar l-aċċess mill-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella.

Iż-żgħażugħ kien qed isuq double-decker tal-kumpanija City Sightseeing, fid-direzzjoni lejn Ħal Kirkop.

Tlieta mill-erba’ persuni li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva għadhom jinsabu f’qagħda kritika wara l-incident tal-bierah fiż-Żurrieq. Inċident li ħalla żewġ persuni mejta. Il-vittmi huma Spanjola ta’ 37 sena u Belgjan ta’ 62 sena.

Net News jinsab infurmat li dalgħodu fid-9am saret l-awtopsja fuq wieħed mill-vittmi filwaqt li l-awtopsja l-oħra saret f’nofsinhar.

B’kollox f’dan l-inċident weġġgħu mal-ħamsin persuna.

Intant, nies qrib is-settur tal-assigurazzjoni indikawlna li kemm-il darba issir kawża għad-danni, din taf tlaħħaq mijiet ta’ eluf ta’ ewro – possibilment anke sa €2 miljuni.

Il-kumpanija City Sightseeing “ixxukjata” bl-inċident taż-Żurrieq