Lokali

Attenti jekk se tixtru din il-pizza!

Id-Direttorat tas-Saħħa wassal avviż ta’ twissija dwar pizza partikolari li tinsab għall-bejgħ mingħand katina ta’ stabbilimenti f’Malta – pizza li m’għandiex tiġi kkunsmat minn persuni li huma allerġiċi għall-mustarda minħabba li l-prodott fih mustarda li mhix dikjarata fuq it-tikketta.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8am sas-2:30pm jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.

Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.

Tags