Il-Pulizija Taljana qalet li irnexxielha tkisser grupp ta’ traffikanti tal-bnedmin bażati fit-Tuneżija u li kellhom rabtiet mill-qrib mal-militanti Iżlamiċi. Dawn jirriżulta li kienu qed jorganizzaw vjaġġi bid-dinghies b’makni qawwija mit-Tuneżija lejn Sqallija.
F’kull vjaġġ kienu jinġarru madwar 15-il persuna għall-ħllas ta’ madwar 5,000 ewro kull wieħed. Dawn il-vjaġġi kienu s-soltu jsiru minn Nabeul fit-Tuneżija lejn Trapani fi Sqallija. F’telefonata li kienet interċettata mill-Pulizija, membru tal-grupp instema’ jissuġġerixxi li ried iwettaq attakk suwiċida fi Franza u talab għat-talb għalih ħalli jirnexxi.
B’kollox, 13-il persuna kienu arrestati u huma ta’ nazzjonalità Taljana, Tune-żina u Marokkina. Il-Pulizija Taljana qalet li xi membri tal-grupp kienu wrew ostilità lejn il-kultura tal-Punent u kienu qed ixerrdu propoganda tal-militanti Iżlamiċi fuq il-midja soċjali. l-grupp kien ukoll jagħmel kuntrabandu ta’ sigaretti u bekk minn kull vjaġġ li kien isir kienu jdaħħlu mas-70,000 ewro.
//= $special ?>

