Lokali

Is-CFO tal-Air Malta jirriżenja; diżgustat bl-indħil tal-Ministru

Klaus Gossler
Ma kienx qed jaqbel mal-istrateġija l-ġdida li imbotta l-Ministeru ta' Konrad Mizzi

Wara ġimgħat twal ta’ aħbarijiet xejn sbieħ, it-tmexxija tal-Air Malta tinsab iffaċjata b’riżenja tqila. Dan hekk kif Net News ikkonferma li irriżenja Klaus Gossler, li kien Chief Financial Officer tal-linja nazzjonali tal-ajru.

Jidher li Gossler kellu nuqqas ta’ qbil mat-tmexxija tal-Air Malta dwar l-indil kontinwu li qed ikun hemm min-naħa tal-Ministeru.

Gossler, eks impjegat tal-British Airways, kien urtat mhux ftit bil-mod kif kienu qed jiġi l-ordnijiet minn fuq.