Il-Kap tad-delegazzjoni f’isem il-partit Nazzjonalist fil-Parlament Ewropew David Casa, mistenni li l-Ħamis jagħti x-xhieda tiegħu f’Ateni fil-każ ta’ estradizzjoni tal-Whistleblower Russa Maria Efimova.
L-awtoritajiet Griegi mistennija jiddeċiedu jekk jaċċettawx it-talba ta’ Malta għall-estradizzjoni tagħha lejn Malta jew jekk jagħtuhiex refuġju fil-Greċja. Il-mandat ta’ arrest ħareġ b’rabta ma każ li s-sidien ta’ Pilatus kienu qed iffitxuha għall-miżappropjazzjoni ta’ 2,000 ewro. F’każ ieħor Efimova tinsab akkużata li għamlet akkużi foloz kontra tliet uffiċjali tal-pulizija.
Efimova hi s-sors ewlieni b’informazzjoni dwar il-kumpanija Egrant, fejn allegatament kienet tat informazzjoni lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li turi li Michelle Muscat kienet is-sid ta’ Egrant.
Efimova kienet ħarbet minn Malta minħabba biża imma fl-aħħar ġimgħat tat lilha nnifisha f’idejn l-awtoritajiet Griegi wara li ħareġ mandat t’arrest internazzjonali.
David Casa se jkun qed jixhed fuq talba tad-difiża ta’ Efimova. Aktar kmieni Casa kien żar lil Efimova fil-ħabs fejn qed tinżamm.
//= $special ?>
