Is-siġra kontroversjali ta’ biswit iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija spiċċat f’nofs dibattitu sħiħ kaġun tal-periklu li kienet qed tikkawża. Tant li l-programm NET LIVE kien fuq quddiem illi segwa dan il-każ u irrapporta l-allert li kienu qed iqajjmu diversi sewwieqa.
Il-Protezzjoni Ċivili llum kienu fil-post u qaċċatu parti mis-siġra.
Il-ħajt li fuqu kien qed iserraħ z-zokk tas-siġra spiċċa tkisser waqt li l-ħaddiema kienu qed jissegaw din il-fergħa, kif jixhed il-filmat miġbud mill-kameras ta’ Net News.
//= $special ?>