Lokali

FILMAT: X’se jagħmel il-Partit Laburista fl-1 ta’ Mejju?

Eks Sindku Laburista jgħid li mhux involut fl-organizzazjoni

Tkompli l-kontroversja relatata mad-data li qed tintalab mingħand iż-żgħażagħ li se jattendu l-kunċert tal-MTV fuq il-fosos – mossa li ġiet deskritta mill-esperti bħala inkwetanti ħafna, bl-avukat Lynn Zahra tinsisti li l-Gvern qed isir “Big Brother”.

Din it-tema kompliet tiġi diskussa lbieraħ fil-programm Net Live fejn kien hemm preżenti l-opinjonisti Norman Vella u Alfred Grixti.

Mistoqsi jekk il-Partit Laburista hux se juża l-istess sistema ta’ reġistrazzjoni għall-mass meeting li jmiss, Alfred Grixti, li ilu snin twal jimmilita fil-Partit Laburista, saħaq li din il-materja qed tiġi “eżaġerata”.

Norman Vella minn naħa tiegħu saqsa għaliex qed tinġabar din id-data għal kunċert mużikali.