Lokali Parlament

Il-Gvern għandu jissalvagwardja r-reputazzjoni ta’ Malta fil-gaming

– Kristy Debono, PN

Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono appellat lill-gvern biex jissalvagwardja r-reputazzjoni internazzjonali ta’ Malta fil-gaming għaliex dan hu settur fundmentali għall-ekonomija Maltija.

Fil-parlament Kristy Debono qalet li s-settur tal-logħob diġitali u l-gaming huma settur importanti u dinamiċi għall-ekonomija tal-pajjiż, partikolarment fl-ekonomija l-ġdida. Jeħtieġ li l-pajjiż jibqa’ jaġġorna biex ma jitlifx il-kompetittività tal-pajjiż.

Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar il-mod kif il-pajjiż introduċa din l-industrija tal-gaming u l-benefiċċji li ħa l-pajiż minnhom. Dan hu abbozz tajjeb li l-Oppożizzjoni se tivvota favurih wara d-dokument ta’ konsultazzjoni.

Kristy Debono kompliet li din il-liġi hi għodda settorjali wiesa’ li tkopri s-setturi kollha tal-loob u l-lotterija, l-istruttura tal-Awtorita, il-logħob responsabbli, id-due diligence, ir-responsabbiltajiet ta’ min jilgħab u r-responsabbiltajiet ta’ Gaming Malta.

Kristy Debono kompliet li l-istruttura regolatorja tas-settur tal-gaming kellha tinbidel biex tkun konformi ma’ pajjiżi barranin fil-kuntest tal-liċenzja. Fl-2004 Malta kienet l-ewwel pajjiż li regolarizza tar-remote gaming u issa Malta għandha tibqa’ ċ-ċentru tar-remote gaming.

Id-deputat Nazzjonalista sostniet li l-Awtorità se jkollha poteri ferm iktar wiesa’ għal-liċenzjar u l-infurzar u tkellmet dwar il-kompożizzjoni u t-tmexxija tal-Bord fejn sostniet li l-Awtorità għandha jkollha rappreżentanza iktar wiesa’. L-Awtorità qed tiġi eżentat mill-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data.

Kristy Debono tkellmet ukoll dwar it-taxxa involuta fis-settur u appellat biex il-kompetittività titħalla fis-settur. Hi spjegat li se jkun hemm bilanċ minħabba żidiet u tnaqqis ta’ taxxi f’diversi setturi tal-industrija. It-taxxa għandha tibqa’ kompetittiva u attraenti biex ma jkunx hemm piż fuq iż-żgħar.

Importanti li jkun hemm edukazzjoni biex iż-żgħażagħ ikunu mħarrġa biex jaħdmu f’dan is-settur tal-gaming. Dwar il-logħob responsabbli, Kristy Debono qalet li Malta rebħet rispett fl-Ewropa għax trid iżżomm il-bilanċ soċjo-ekonomiku fil-pajjiż.

Hi appellat biex Malta tibqa’ fuq quddiem fis-settur kollha fosthom tal-proetzzjoni tal-vulnerabbli. Dwar l-istatistika, Kristy Debono qalet li l-Awtorità għandha tagħti iktar prijorità lir-riċerka u d-ddat biex ikun stabbilit il-livell ta’ dipendenza li l-pajjiż għandu fuq dan is-settur.

Kristy Debono semmiet l-importanza tas-settur bankarja biex ma jkunx hawn spekulazzjoni fuq il-banek. Il-poplu ma jrid ħabi mal-ekonomija u mal-verità anki dwar il-każ tal-HSBC u dwar l-interess tal-gvern fil-kontroll fuq il-banek.