Lokali Parlament

Il-Gvern ma tgħallem xejn mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

– Therese Comodini Cachia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia sostniet i l-Gvern ma tgħallem xejn mill-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fl-Aġġornament Therese Comodini Cachia qalet li għaddew sitt xhur mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u sostniet li jidher li l-gvern ma tgħallem xejn. Il-gvern baqa’ għaddej normali u ma staqsix kif il-ġurnalisti investigattivi qed ikunu trattati. Daphne Caruana Galizia kienet ġurnalista u mhux blogger u kellha l-kurraġġ li tikteb

Id-deputat Nazzjonalista qalet li fil-pajjiż hawn ġurnalisti oħra li qed jinvestigaw u sostniet li mingħajrhom il-pajjiż ma jkunx demokratiku. Għall-Gvern, l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia hu biss aġir fil-konfront ta tagħha. Din hi interpretazzjoni ħażina u juri kemm il-kunċett tad-demokrazija hu dgħajjef .

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li dan l-assassinju jfisser attakk fuq id-demokrazija u fuq il-kultura tal-pajjiż. Mhux kulħadd jieħu gost jaqra l-kitbiet ta’ Daphne Caruana Galizia iżda f’demokrazija liberali hemm il-prinċipju tal-libertà tal-espressjoni. Dan l-assassinju hu attakk fuq il-libertà tal-espressjoni f’Malta.

Kieku dan iseħħ, il-gvern kien jerfa’ r-responabbiltà li ntefgħet fuqu f’dan l-assssinju. Fuq kollox il-proċeduri għandhom jimxi bla indħil jew pressjoni mill-gvern. Ir-responabbiltà li kellu jerfa’ l-gvern fil-konfront tal-ġuranlisti kellha tinkludi investigazzjoni kif tingħata protezzjoni u sigurtà lill-ġurnalisti kollha flimkien ma’ analiżi dwar il-liġijiet biex ikun assigurat li l-ġurnalisti investigattivi jkunu jistgħu jagħmlu xogħlhom sew.

Għall-Gvern, il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia sar għal xejn għax il-gvern staħba wara pariri legali biex wettaq id-deċiżjoni tiegħu li ma jipproteġix lill-ġurnsliati Maltin. Il-gvern isfori minn paranomija dwar il-ġurnalisti li jniggżuh, sostniet Therese Comodini Cachia.