– Mario Galea, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mario Galea qal li l-korruzzjoni fl-isport hi l-ikbar għadu għall-istess sport.
Fil-parlament Mario Galea sostna li bħalissa l-korruzzjoni saret istituzzjonalizzata fil-pajjiż fejn is-saltna tad-diritt qed titmermer b’theddida għal-libertà tal-istampa u tal-espressjoni inkluż fil-parlament. Quddiem din is-sitwazzjoni l-poplu m’għandux jippretendi li se jitnaddaf l-isport.
Mario Galea kompla li l-korruzzjoni ttellef it-talenti iżda issa jidher li hawn moviment ġdid fejn l-isponsors qed jagħmlu impenn ġdid fejn anki qed isostnu li lesti jirtiraw mill-istess parteċipazzjoni sportiva. Il-ħasil tal-flus fil-korruzzjoni fl-isport għandu jkun investigat anki minħabba li qed ikun interess minn miljunjarji li ma jkunux involuti fl-isport. Jeħtieġ demorkazija fl-isport bl-involviment ta’ nies eletti.
Mario Galea enfażizza l-importanza tal-valuri fl-isport u kkritika d-deċiżjoni li t-Tazza tad-Dinja ssir fir-Russja, fejn hemm theddida għad-drittijiet fundmentali tal-bniedem.
L-edukazzjoni fundamentali kontra l-korruzzjoni fl-isport – David Stellini, PN
Id-deputat Nazzjonalista David Stellini tkellem dwar l-improtanza tal-edukazzjoni li tirriżulta mill-isport fosthom li kulħadd jitgħallem jitlef. Dan hu elemnt improtanti kontra l-korruzzjoni fl-isport. L-isport hu forma ta’ edukazzjoni, fosthom fil-parteċipazzjoni sportiva.
L-iktar importanti f’din il-liġi, flimkien maż-żieda tal-pieni fl-isport, hi l-edukazzjoni fl-iskejjel. L-isport jimmatura lin-nies anki permezz tas-sagrifiċċji li jsiru. Jeħtieġ li f’Għawdex isiru l-pixxina, track għall-ġiri u tennis court minħabba li s’issa għad m’hemmx dawn il-faċilitajit.
//= $special ?>