Lokali Parlament

Il-pulizija għandha tinvestiga s-suspetti ta’ korruzzjoni fl-isport

– Chris Said, PN

Id-deputat Nazzjonalista Chris Said qal li l-pulizija għandha tinvestiga s-suspetti ta’ korruzzjoni u mhux tinvestiga biss ir-rapporti li jkollha.

Fil-parlament Chris Said qal li l-Oppożizzjoni qed tagħti importanza kbira lil din il-liġi u sostna li hawn sitwazzjonijiet li jqanqlu ħafna ubju Għalhekk mhux biżżejjed li jkun hemm liġi b’saħħitha iżda jkun hemm taqsima li tippreveni u tidħol tinvestiga. Bħalissa l-pulizija tinvestiga biss każi li jkunu rapportati.

Wasal iż-żmien li jsiru investigazzjonijiet meta jkun hemm ċertu indikazzjonijiet. Biex il-liġi tkun b’saħħitha u tilħaq l-iskopijiet tagħha għandha titwaqqaf taqsima apposta li taħdem fuq il-korruzzjoni fl-isport. Din it-taqsima għandha tkun imsaħħa mill-assoċjazzjonijiet sportivi tal-pajjiż.

Chris Said sellem lill-MFA li kienet il-pijunier biex saret din il-liġi. Hu saħaq fuq l-importanza li l-players ma jittradux lil pajjiżhom bil-korruzzjoni u għalhekk hu tajjeb li l-piena għal dan l-abbuż għandha tkun ħarxa u tiżdied bi grad.

Dwar il-piena tassattiva fil-liġi, Chris Said qal li għandha ssir distinzjoni bejn il-każ. Il-Qorti għandu jkollha diskrezzjoni dwar il-piena li għadha tagħti, sostna Chris Said.