Internazzjonali

Jiġġarraf ajruplan militari fl-Alġerija

Ajruplan militari li aktarx kellu 200 persuna fuqu, iġġarraf fl-Alġerija. Skont l-aħħar informazzjoni, jidher li l-ajruplan iġġarraf ftit wara t-tluq mill-mitjar u ħalla mal-mitt persuna mejta.

Fuq il-post jidher li marru madwra 14-il ambulanza, u l-persuni feruti bdew jittieħdu lejn l-isptar.

L-ajruplan iġġarraf fl-ajruport militari viċin il-kapitali Alġiers. L-ajruport huwa bażi militari għall-qawwa tal-ajru Alġerina.

Ir-rapporti għadhom inizjali, u sa issa m’hemm ebda informazzjoni addizzjonali konfermata.