Ċifri ppubblikati din il-ġimgħa fil-Gazzetta tal-Gvern jikkonfermaw illi San Pawl il-Baħar saret l-akbar lokalita’ f’pajjiżna, b’popolazzjoni ta’ 23,112 resident. Dan in-numru jaqbeż bi ftit il-popolazzjoni f’Birkirkara, li hi t-tieni l-akbar lokalita’ f’Malta.
Interessanti li sal-2011, f’San Pawl il-Baħar kienu joqgħodu 16,478 persuna u l-akbar lokalita’ dak iż-żmien kienet Birkirkara.
Skont dawn iċ-ċifri, l-Imdina tibqa’ l-iżgħar lokalita’ f’pajjiżna b’popolazzjoni ta’ 235 resident.
Sas-sena li għaddiet il-popolazzjoni ta’ Malta kienet taqbeż sew l-460,000. Mit-total tal-popolazzjoni, 19.4% huma nies li għandhom minn 65 sena ‘l fuq.
Il-popolazzjoni ta’ Malta hija 0.1% tal-popolazzjoni fl-Unjoni Ewropea.
L-akbar popolazzjonijiet:
San Pawl il-Baħar – 23,112
Birkirkara – 23, 034
Mosta – 20,290
Sliema – 19,696
Ħal Qormi – 16,324
L-iżgħar popolazzjonijiet:
Imdina – 235
Għasri – 421
San Lawrenz – 672
Fontana – 902
Xgħajra – 1,683
Ta’ Xbiex – 1,837