Lokali Mużika

TENSJONI F’AMICI: “Dejjem tgħidu li Emma superjuri għalija”

Fost iż-żgħażagħ ta’ Amici reġgħet faqqgħet it-tensjoni wara li waħda mill-kontestanti infexxet kontra sħabha għax qalet li qed jappoġġjaw iktar lil Emma milli lilha. Fil-fatt, fil-filmat tidher Carmen tirrabja mat-tim tagħha stess.

Matul il-programm, tawhom ċans jisfidaw lil xulxin b’kanzunetta li jridu huma, sabiex imbagħad tintagħżel waħda għall-isfida.

Emma sfidat lil Carmen bil-kanzunetta I will always love you.

Issa qed tikber l-istennija għal nhar is-Sibt li ġej, meta jsir it-tieni ‘Serale’.

Ix-xandira titwassal fuq Canale 5.