Statistika maħruġa mill-Unjoni Ewropea turi kif Malta hija l-unika pajjiż fl-Unjoni Ewropa li kellha żieda fil-fatalitajiet f’inċidenti tat-traffiku bejn l-2010 u l-2017, b’bidla perċentwali ta’ 46% fil-fatalitajiet fit-toroq Maltin għal kull miljun ruħ.
Dan meta l-medja Ewropea kellha tnaqqis ta’ 19.5% fil-bidla perċentwali hekk kif kull pajjiż fl-Unjoni kellu nuqqas fil-bidla perċentwali f’dawn is-7 snin. Wara Malta nsibu l-Olanda b’nuqqas ta’ 1% u l-Iżvezja b’nuqqas ta’ 5%.
Malta rrappurtat 43 fatalità għal kull miljun ruħ fl-2017 meta kkumparata mal-31 fatalità għal kull miljun ruħ fl-2010, żieda ta’ 12-il fatalità għal kull miljun ruħ.
//= $special ?>