Internazzjonali

Trump jgħid lir-Russi biex “jippreparaw ruħhom”

"Il-Kremlin ma jistax ikun sieħeb ma' annimal"

Tkompli tisħon il-qiegħa bejn ir-Rusja u l-Istati Uniti rigward is-sitwazzjoni fis-Sirja. Dan wara attakk b’armi kimiċi fuq nies ċivili fis-Sirja – bil-pajjiżi tal-Punent jgħidu li Assad kien kompliċi f’dan l-attakk.

Fi Tweet, il-President Amerikan Donald Trump qal li r-Russja għandha tipprepara ruħha.

“Ir-Russja qed tgħid li se twaqqa’ kull missila li tiġi fid-direzzjoni tas-Sirja. Lestu ruħkom għax ġejjin”, sostna Trump f’wieħed mill-aktar messaġġi kontroversjali tiegħu fuq Twitter.