Minħabba s-sitwazzjoni li qed tiżviluppa, il-Eurocontrol, l-aġenzija tal-Unjoni Ewropea li tikkontrolla t-traffiku tal-ajru, wissiet biex l-ajruplani jevitaw il-Lvant tal-Mediterran peress li jista’ jkun hemm azzjoni militari kontra s-Sirja.
Diġà kien hemm linji tal-ajru ewlenin li bidlu r-rotot.
Il-Eurocontrol qalet li fit-72 siegħa li ġejjin jistgħu jkunu sparati missili, fosthom dawk cruise, kif ukoll tħarbit fil-komunikazzjonijiet bir-radju. L-eks Presdient Sovjetiku Mikhail Gorbachev xebbaħ dak li qed jiġri mal-kriżi li kien hemmf is-snin Sittin bejn l-Unjoni Sovjetika u l-istati Uniti minħabba l-missili li Moska kienet qed tpoġġi f’Kuba.
Sitwazzjoni li kienet poġġiet id-dinja l-eqreb li qatt kienet lejn gwerra nukleari. Gorbachev qal li kien hemm bżonn urġenti li Moska u Washinvton jitkellmu beix jnaqsu t-tensjoni li hawn.
Agħafas hawn għat-twissija tal-Eurocontrol
//= $special ?>

