Lokali

Anzjana ssofri xi ħruq fil-Fgura – x’aktarx minn ‘heater’

Anzjana ta’ 74 sena sofriet xi ħruq f’partijiet minn ġisimha. Il-każ seħħ fi Triq il-Koppla, f’residenza fil-Fgura, għall-ħabta tal-4.30 ta’ waranofsinhar meta għal xi raġuni, x’aktarx kawża ta’ ‘heater’ tal-gass, il-mara sofriet ġrieħi serji.

Fuq il-post issejjaħ immedjatament tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-vittma l-Isptar Mater Dei b’urġenza għal aktar kura, fejn ġiet ċertifikata li kienet tinsab f’qagħda kritika.

Bil-każ ġiet infurmata l-Magistrat tal-Għassa li ordnat li ssir inkjesta filwaqt li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.