Lokali

Eletti l-Uffiċjali l-ġodda tal-MNPN

Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista

F’elezzjoni interna li nżammet it-Tlieta, il-membri tal-Kumiat talMoviment Nisa Partit Nazzjonalista (MNPN) għażlu l-ogħla Uffiċjali tal-Moviment. Dan wara li fil-jiem ta’ qabel, inżammet l-elezzjoni fost it-Tesserati Nisa tal-Partit Nazzjonalista biex jintagħżlu dawk li se jkunu preżenti fil-Kumitat il-ġdid wara l-Laqgħa Ġenerali Annwali li nżammet.

Il-President il-ġdid tal-MNPN hi Charlene Buttigieg Farrugia, mgħejjuna minn Doris Apap bħala Viċi President u Tiffany Abela-Wadge bħala Segretarju. Claudette Delia ġiet magħżula bħala Teżorier, Liz Said Curmi bħala Segretarju Internazzjonali u Simone Aquilina bħala Segretarju Informazzjoni.

Doris Apap u Anna Calleja kienu eletti bħala Rappreżentanti fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit, filwaqt li Tiziana Grima ġiet eletta bħala Assistent Segretarju u May Bartolo ġiet eletta bħala Assistent Teżorier.