Ambjent Lokali

Il-Partit Nazzjonalista jiddefendi lir-residenti Slimiżi

Marthese Portelli, John Pillow u Annick Bonello jivvotaw kontra l-estensjoni tal-Fortina peress illi ma ġietx rispettata l-policy

L-Awtorità tal-Ippjanar approvat l-estensjoni tat-torri tal-Lukanda Fortina għal tnejn u għoxrin sular, minbarra dan l-iżvilupp kien approvat ukoll kumpless residenzjali ta’ 15-il sular kif ukoll retail complex. Madankollu r-rappreżentanta tal-Partit Nazzjonalista Marthese Portelli u l-kunsillier ta’ tas-Sliema John Pillow flimkien ma Annick Bonello f’isem l-NGOs ivvotaw kontra dan il-proġett.

Marthese Portelli f’kumment ma netnews.com.mt spjegat id-deċiżjoni tal-vot tagħha u qalet li dan il-proġett imur kontra l-policy tal-Floor Area Ratio li tistipula iswed fuq l-abjad illi biex bini li huwa oghla minn 10 sulari jigi kkunsidrat, is-sit irid ikun imdawwar fl-intier tieghu minn toroq, punti illi c-Case Officer tal-Awtorita` tal-Ippjanar innifisha kkonfermat illi mhux ħa tkun qed tiġri f’dan l-iżvilupp.

L-applikazzjoni tal-proġett tgħid li se tkun qed titwaqqa’ l-lukanda eżistenti u l-ispa tal-lukanda ta’ ħames stilel u minflok se jinbnew 109 appartamenti fuq 15-il sular kif ukoll kumpless kummerċjali fil-livell tat-triq. Se jinbena wkoll parkeġġ ta’ tliet sulari taħt l-art.

Dan il-proġett kien qajjem kontroversja sħiħa wara li kien eżentat milli jagħmel studju sħiħ dwar l-impatt ambjentali minflok l-assessjar tal-proġett sar fuq il-project description statement għaliex l-ERA kienet qalet li dan id-dokument kien suffiċjenti.