Internazzjonali

Iżżur lid-Duka ta’ Edinburgh wara l-operazzjoni

Il-Prinċipessa Anne tal-Ingilterra żaret lil missierha, il-Prinċep Philip, Duka ta’ Edinburgh, li qed jirkupra l-isptar wara operazzjoni f’ġenbu.

Anne hi l-ewwel membru tal-Familja Rjali Britannika li żaret lill-Prinċep wara li hu, fl-4 ta’ April, għadda minn proċedura ta’ hip replacement fl-Isptar (privat) ta’ King Edward VII.

Kelliema għall-Palazz ta’ Buckingham qalu, fi stqarrija, li d-Duka, li għandu 96 sena, ‘jinsab komdu u pożittiv’ wara l-kirurġija.

Il-Prinċep Philip kien irtira mid-dover irjali f’Awwissu li għadda.