Futbol Sport

Jaslu Malta żewġ eks plejers ta’ Liverpool

Patrick Berger u Vladimir Smicer waslu Malta illum fuq stedina tal-club tal-partitarji ta' Liverpool

Illum waslu Malta l-eks plejers ta’ Liverpool Patrick Berger u Vladimir Smicer li jinsabu f’pajjiżna fuq stedina tal-club tal-partitarji ta’ Liverpool.

Berger u Smicer se jkunu qed jiltaqgħu mal-partitarji nhar il-Ħadd li ġej.

Iċ-Ċek Patrick Burger lagħab 148 darba għar-Reds filwaqt li Smicer lagħab 121 partita. It-tnejn kienu jilgħabu ma’ Liverpool fl-istess perijodu.