Il-UEFA ikkonfermat id-deċiżjoni li ħadet fl-14 ta’ Dicembru 2017 fil-konfront ta’ għadd ta’ plejers mit-tim Nazzjonali Malti tal-futbol ta’ taħt il-21 sena.
Dan hekk kif ma ġewx milqugħa l-appelli ta’ Llwelyn Cremona u Luke Montebello sospiżi sal-31 ta’ Dicembru 2018, Ryan Camenzuli sospiz sat-30 ta’ Gunju 2019 u Samir Arab sospiż sal-31 ta’ Dicembru 2019.
Id-deċiżjoni rigward Emanuel Briffa u Kyle Cassar li ġew sospiżi għal għomorhom trid tittieħed mill-UEFA f’data li għad trid tkun deċiża.
//= $special ?>