Lokali

NINVESTIGAW: Jgħixu f’garaxx fis-Swieqi

"Zona fis-Swieqi li saret qisha kerrejja"

Dibattitu li beda ġewwa grupp fuq Facebook qajjem kontroversja dwar diversi garaxxijiet fis-Swieqi li inbidlu f’residenza. Bir-residenti tas-Swieqi jgħidu li ċertu zoni tal-lokal tagħhom saru qishom kerrejja.

Waħda mir-residenti poġġiet ritratt fil-grupp ‘Swieqi Residents’ u saqsiet, “jista’ dan isir?”

Residenti oħrajn qalu li s-Swieqi spiċċa għal kollox b’dawn il-garaxxijiet.

Ikkummenta wkoll is-Sindku tas-Swieqi Noel Muscat illi qal li din is-sitwazzjoni hi tal-biża’. Insista li se jagħmel rapport dwar il-każ.

Fil-fatt, diġa’ sar rapport lill-Pulizija.