Lokali

RITRATT: Dan hu l-Iskoċċiż li għadu qed jiġġieled għal ħajtu fl-ITU

Simon Morrison
L-iskoċċiż inżamm ħaj grazzi għall-intervent immedjat tan-neputija tiegħu

Il-media Ingliża żvelat l-identita’ tar-raġel Skoċċiż li għadu f’koma wara l-inċident ta’ nhar it-Tnejn fiż-Żurrieq.

Il-ġurnal The Sun qed jgħid illi dan l-inċident kien trawma kbira għal din il-familja Skoċċiża minn Aberdeen. L-Iskoċċiż, Simon Morrison, għandu 43 sena.

Għalkemm f’koma, Morrison għandu għalxiex jirringrazzja lin-neputija tiegħu li kien bis-saħħa tagħha li għadu jissielet għal ħajtu. Kieku n-neputija ma ntervjenietx mal-ewwel, kieku hu kien jifga fid-demm tiegħu stess.

In-neputija hi studenta ta’ 15-il sena.

L-istess rapporti fil-media Ingliża jagħtu l-ismijiet tat-tfal Ingliżi li kienu għadhom qed jingħataw il-kura l-Isptar Mater Dei. Dawn huma Raydeep Singh, li għandu 6 snin u ħuh Karam Raj ta’ 8 snin. Net News ikkonferma li Karam Raj inħareġ mill-ITU kmieni dalgħodu.