L-istorja ta’ Simon Morrison qed tiddomina l-ġurnali kollha fil-media Ingliża. Morrison hu wieħed minn dak illi weġġgħu fl-inċident ta’ nhar it-Tnejn li għadda. Iżda pronta kienet in-neputija tiegħu li salvatlu ħajtu.
Kelsey Henderson, it-tifla ta’ Michael (ritratt), kienet tant kuraġġuża li ġibdet it-tifħir tal-media Ingliża, fosthom The Sun.
Qed ikun rappurtat li bl-intervent tagħha Kelsey, li għandha 15-il sena, salvat liż-żiju Simon Morrison milli jifga fid-demm tiegħu stess. Morrison sofra feriti f’rasu, ksur f’idejh u anke f’rasu.
Michael Henderson, li għanu 43 sena, kellu ksur fil-kustilji filwaqt li l-mara tiegħu Suzie kellha l-polz miksur.
Kelsey u ħuha ta’ 18-il sena, ma sofrewx ġrieħi imma kienu taħt xokk qawwi.
//= $special ?>