Internazzjonali

Sitwazzjoni surreali madwar l-Ewropa

ue ewropa, unjoni ewropea

L-Ewropa għaddejja minn sitwazzjoni fejn Prim Ministru jew politiku jiġi kkonfermat minkejja li jkun affaċċjat minn akkużi serji.

Iddikjara dan iċ-chairman tal-Partit Popolari Ewropew Manfred Weber, li saħansitra uża lil Malta bħala eżempju għal dan.

Fakkar kif f’pajjiżna jeżistu akkużi fil-konfront tal-Prim Ministru Joseph Muscat li madankollu ġie kkonfermat fil-poter fl-aħħar elezzjoni ġenerali.

Weber, li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet f’Lyon, Franza, fejn il-Partit Popolari Ewropew qed jiltaqa’ u jiddiskuti l-immigrazzjoni u s-sigurtà, qal li għall-Maltin li jinbnew it-toroq jew jiġu rranġati kienet kwistjoni iktar importanti.

Qal li xi ħaġa simili qed tiġri wkoll fir-Repubblika Ċeka fejn kandidati għall-elezzjoni tal-pajjiż qed jaffaċċjaw akkużi dwar frodi fost oħrajn.