Internazzjonali

Tfitxija għal biljunarju Ġermaniż li għeb fuq l-Alpi

Qed issir tfittxija fuq l-Alpi bejn l-Italja u l-Iżvizzera għal Karl-Erivan Haub, biljunarju Ġermaniż li ilu nieqes minn nhar is-Sibt. Dan wara li huwa mar skiing fuq il-muntanja Matterhorn.

Karl Erivan Haub
Haub, li għandu 58 sena, flimkien ma’ ħuh Christian, imexxi l-kumpanija Tengel-mann li fost ħwejjeġ oħra huma s-sidien tal-katina tal-ħwienet Obi u Kiki kif ukoll għandhom sehem kbir fil-katina tas-supermarkets Netto u s-sit kummerċjali fuq l-Internet Zalando. Jidher li Haub mar skiing waħdu u ma rritornax lejn il-lukanda tiegħu f’Zermatt. Il-ħidma tat-tfittxija għalih fuq in-naħa Taljana tal-Alpi kellha titħassar minħabba l-maltemp li hemm u l-periklu kbir tal-valangi. L-uffiċjali tas-salvataġġ Tal-jani qalu li fiz-zona fejn kien Haub kien hemm diversi xquq kbar fl-art u hi possibbiltà li huwa seta’ waqa’ f’waħda minnhom. Hu stmat li Haub u ħuh għandhom fortuna ta’ aktar minn tliet biljun ewro.