Matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tas-1am, waqt li l-Pulizija tad-Distrett kienu qegħdin fuq ronda fi Triq ix-Xatt tal-Imsida, l-Imsida, innutaw żewġt irġiel suspettużi, ipoġġu bust tal-bronż f’baskett.
Hekk kif il-Pulizija avviċinaw liż-żewġt irġiel, dawn ħarbu jiġru minn fuq il-post. Ftit wara, il-Pulizija rnexxielha taqbad wieħed mis-suspettati li għandu 24 sena, residenti Ħaż-Żabbar.
Minn investigazzjonijiet li saru, irriżulta li l-bust tal-bronż allegatament insteraq mill-inħawi tal-Monument tal-Ħaddiema fl-Imsida stess.
Ir-raġel ta’ 24 sena ġie arrestat u għadu qiegħed jinżamm mill-Pulizija għal iktar stħarriġ, filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>