Gżira United qed iħarsu lejn id-derby tax-Xatt bħala opportunità biex jaċċertaw li jispiċċaw mal-ewwel tlieta u għaldaqstant jikkwalifikaw għall-ewwel darba biex jilagħbu f’kompetizzjoni Ewropea. Sliema Wanderers għandhom ċans minimu ħafna li jispiċċaw mal-ewwel erbgħa hekk kif jinsabu erba’ punti taħt Birkirkara filwaqt li għadhom biċ-ċans li jidħlu fl-Ewropa jekk jirbħu l-FA Trophy.
Il-Maroons ġejjin minn tliet rebħiet konsekuttivi u seba’ logħbiet mingħajr telfa biex jinsabu erba’ punti fuq Birkirkara. Fl-aħħar logħbiet, l-attakk ta’ Gżira kompla jispikka b’medja ta’ kważi erba’ gowls fl-aħħar tliet logħbiet. Huma għandhom ukoll l-aqwa attakk tal-kampjonat b’49 gowl.
Sliema fl-aħħar ħames logħbiet ma tilfux, bi tliet rebħiet u żewġ draws, fosthom l-aħħar waħda kontra Floriana b’gowl lejn it-tmiem. Fl-ewwel rawnd, Sliema kienu rebħu l-konfront 2-1. Il-logħba tintlagħab għada fis-6.00pm fil-Hibernians Stadium.
//= $special ?>