L-aktar derby popolari ta’ Malta bejn Floriana u Valletta se jintlagħab f’kuntest partikolari. Valletta jinsabu fil-quċċata tal-klassifika żewġ punti fuq Balzan b’żewġ logħbiet għat-tmiem. Rebħa f’din il-logħba tkun qed tkompli tressaq lil Valletta għar-rebħ tal-24 kampjonat fl-istorja tagħhom.
Floriana fuq in-naħa l-oħra jinsabu fil-ħames post bi 42 punt, tnejn anqas minn Birkirkara u għadhom qed jittamaw li jispiċċaw fir-raba’ post tal-kampjonat li jista’ jfisser post fl-Europa League staġun ieħor, filwaqt li se jkunu qed jippruvaw itellfu lil Valletta f’rivalità sportiva li għadha popolari.
Fl-ewwel rawnd, Valletta kienu rebħu 1-0 b’gowl fl-aħħar għaxar minuti ta’ Matteo Piciollo quddiem l-akbar attendenza tal-istaġun.
Iż-żewġ kowċis Nicolas Chiesa u Danilo Doncic saħqu fl-appell tagħhom biex iż-żewġ settijiet ta’ partitarji jattendu għal din il-logħba tant mistennija miż-żewġ klabbs.
//= $special ?>