Il-President tal-FIFA Gianni Infantino ikkonferma li l-FIFA qed tikkunsidra li fit-Tazza tad-Dinja tal-2022 li se ssir fil-Qatar jieħdu sehem 48 tim minflok 32.
F’Jannar li għadda l-FIFA kienet diġa’ ħabbret li fit-Tazza tad-Dinja tal-2026 imma l-CONMEBOL, il-Konfederazzjoni tal-Futbol fl-Amerika t’Isfel talbet biex iż-żieda fit-timijiet parteċipanti tiġi implimentata fl-edizzjoni ta’ qabel.
F’kummenti li ta Infantino qal li din hi idea interessanti u l-FIFA se tara jekk hux se jkun possibbli tagħmel dan.
Skont Infantino ż-żieda fit-timijiet parteċipanti tagħmel ġid lill-iżvilupp tal-futbol.
Il-Qatar qed jippjanaw li jibnu tmien grawnds u ta’ min jinnota li l-FIFA kienet infurmat lil pajjiżi li tefgħu l-kandidatura biex jorganizzaw l-edizzjoni tal-2026 li jridu jibnu total ta’ 12-il grawnd.
Jiem qabel it-Tazza tad-Dinja li se ssir din is-sena fir-Russja l-FIFA se tħabbar min se jorganizza t-Tazza tad-Dinja tal-2026. Il-Marokk u l-Istati Uniti, l-Kanada u l-Mesisku tefgħu l-kandidatura biex jorganizzaw l-edizzjoni tal-2026.
Ta’ min jiftakar li t-Tazza tad-Dinja tal-Qatar se ssir bejn Novembru u Diċembru minħabba t-temperaturi għoljin li jkun hemm f’dan il-pajjiż matul ix-xhur tas-sajf.
//= $special ?>