Internazzjonali

Ħarsa lejn il-qawwa militari Amerikana, tal-alleati u tar-Russi fil-Mediterran

Mhux magħruf eżatt kemm hemm truppi Russi fis-Sirja

L-ISTATI UNITI – Ibaħħar barra l-kosta Sirjana hemm l-USS Donald Cook, uffiċjalment magħruf bħala Arleigh Burke-class guided-missile destroyer. Dan qed iġorr 60 missila cruise tat-tip Tomahawk. Is-sena li għaddiet, meta l-President Trump kien ordna attakk fis-Sirja minħabba l-attakk b’armi kimiċi f’Khan Sheikhun, kienu l-bastimenti USS Porter and USS Ross li bejnithom sparaw 59 missila cruise lejn is-Sirja.

L-USS Donald Cook

Barraminhekk hemm l-USS New York li qed tbaħħar lejn il-Mediterran għalkemm dan hu dak li hu magħruf bħala amphibious transport ship u aktarx ma jkunx involut direttament f’xi attakk. Barrmainhekk hu kważi ċert li hemm sottomarin Amerikan iduru fil-Mediterran u anki dan iġorr missili cruise li f’każ ta’ bżonn jistgħu jintużaw.
L-Istati Uniti bħalissa m’għandha ebda aircraft carrier fil-Mediterran. Hemm l-USS Harry S. Truman akkumpanjata minn flotta ta’ vapuri li qed tbaħħar lejn il-Mediterran imma mhux mistennija tasal fil-ġranet li ġejjin.
Apparti minhekk qed ikun ċaqliq ta’ ajruplani militari Amerikani varji fir-reġjun tal-Mediterran kif ukoll drones. Tajjeb wieħed igħid li l-istati Uniti diġa għandha l-infrastruttura meħtieġa għal dan iċ-ċaqliq militari fir-reġjun tal-mediterran minħabba l-offensiva mill-ajru li qed tmexxi kontra l-ISIS fis-Sirja u l-Iraq

Mirage 2000 Franċiż

FRANZA – Jekk Franza tiddeċiedi li tipparteċipa f’azzjoni militari, diġa għandha l-bastiment tal-gwerra Aquitaine jbaħħar barra l-kosta Sirjana. Apparti minhekk hemm tal-anqas sitt ajruplani Mirage 2000 stazzjonati fil-Ġordan u fir-reġjun tal-Golf hemm sitt ajruplani tal-attakk tat-tip Rafale.

Tornado Ingliż

IR-RENJU UNIT – Ir-Renju Unit ukoll hi lesta għal eventwalita ta’ azzjoni militari fis-sirja. Dan peress li l-Gvern ta’ Londra kien parti mill-koalizzjoni li qed tmexxi l-Istati Uniti kontra l-ISIS fis-Sirja u l-Iraq. Faċċata tal-kosta Sirjana hemm Ċipru fejn ir-Renju Unit għandu l-bażi ta’ Akrotiri, li tuntuża għall-attakki kontra l-ISIS u fejn ehmm stazzjonati ajruplani Tornado. Barraminhekk, sar magħruf li l-Prim Ministru Theresa May tat l-ordni biex sottomarini IngliŻi jmorru fil-Lvant tal-mediterran beix ikunu lesti għal kull eventwalita. Ir-Royal Navy għandha tlett sottomarini tal-klassi Astute – HMS Ambush, HMS Artful u HMS Astute – li kull wieħed iġorr 38 missila cruise tat-tip Tomahawk IV. Dawn jaslu distanza ta’ 1,600 kilometru. Hemm imbagħad tlett sottomarini tal-klassi Trafalgar li jistgħu jġorru mat-30 missila.

Su-57 Russu

…U x’għandhom ir-Russi
In-numru preċiż ta’ truppi Russi fis-Sirja m’hux magħruf imma l-preżenza ewlenija Russja hi permezz tal-Qawwa tal-Ajru għalkemm hemm preżenza ta’ truppi spċjali. Fl-elezzjoni Presidenzjali t a’ Marzu, il-ministru tad-Difiża Russu kien ħabbar li 2,954 suldat Russu fis-Sirja kienu marru jivvutaw.
Ir-Russja topera prinċipalment mill-bażi tal-ajru Hmeimim f’Latakia u mill-port ta’ Tartus. Madwar 11-il bastiment tal-gwerra Russu li kien hemm f’Tartus baħħru l-barra. F’ Hmeimim hemm ajruplani militari Russi tat-tip Su-35 u Su-24 u Su-25. Fis-Sirja r-Russi wħaw wkoll l-ajruplan Su-57 li hu fost l-aktar avvanżat li għandhom għalkemm ma jidhirx li d awn huma stazzjonati permanentament hemmhekk.
L-aktar sfida perikoluża għall-ajruplani Amerikani u oħrajn fiz-zona ġejja mis-sistema ta’ missili Russi S-400. Missili li jistgħu jinterċettaw missili jew ajruplani sa distanza ta’ 400 kilometru.