Kunsilli Lokali Lokali

Il-Gvern Laburista mgiddeb minn Kunsill Lokali Laburista stess

Fi ftit jiem 'il bogħod - stqarrija li ħarġet direttament miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista mgiddba mill-Kunsill Lokali Laburista fl-Imsida hekk kif ma saret l-ebda forma ta' konsultazzjoni magħhom

Il-Kunsill Lokali tal-Imsida b’Sindku Laburista jgiddeb stqarrija tal-Partit Laburista u artiklu tal-aħbarijiet minn One News – dan hekk il-Kunsill Lokali tal-Imsida fi stqarrija kkonferma li ma saret l-ebda forma ta’ konsultazzjoni magħhom dwar it-tneħħija tal-parkeġġ fi Triq D’Argens. B’hekk il-Partit Nazzjonalista ingħata raġun.

Minn naħa l-oħra, il-Partit Laburista, nhar it-Tnejn li għadda, ħareġ stqarrija partikolarment jiftaħar bil-konsultazzjoni li saret mal-Kunsill Lokali – biex skont din l-istqarrija jkun hemm ‘flow’ aħjar tat-traffiku li jkun temporanju u jerġa’ jinfetaħ la darba jitlesta l-proġett tal-Kappara. Iżda wara ftit jiem ħarġet il-verita’ – hekk kif kien il-Kunsill Laburista stess li fl-ewwel linja tal-istqarrija giddeb l-istqarrija li ħarġet direttament miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Silta mill-stqarrija tal-Partit Laburista ppublikata fuq One News mgiddba mill-Kunsill Lokali Laburista:

Imbagħad l-istqarrija tal-Kunsill Lokali tal-Imsida:

Filfatt f’din l-istqarrija tal-Partit Laburista li ġiet imgiddba mill-Kunsill Lokali tal-Imsida qal li l-Partit Nazzjonalista għadu ma fehemx il-kunċett ta’ djalogu fil-Kunsilli Lokali – mentri fil-verita’ rriżulta li kien il-Gvern Laburista li ma kkonsultax mas-Sindku u l-Kunsilliera Laburisti fl-istrutturi tiegħu stess.

Il-Kunsill Lokali tal-Imsida fi stqarrija qal li kien Kien ftit tal-ġimgħa ilu meta l-Awtorita’ dwar it-Transport infurmat lil Kunsill li l-parking bays ser ikunu qed jitnehhew bi prova ghal xahar. “Din ma tissejjahx konsultazzjoni izda informazzjoni”, qal il-Kunsill fi stqarrija.

Dan kollu ga gie kkonfermat permezz tal- mozzjoni li ġiet approvata f’laqgħa urġenti tal-istess kunsill
li saret fil- 21 ta’ Marzu li għadda.

Il-Kunsill Lokali l-Imsida, b’maġġoranza laburista, tenna l-pozizzjoni tieghu li huwa kontra t-tnaqqis ta’ dawn il-parkeġġi u se jkompli jaħdem sabiex dawn jiġu għal li kienu.

Ara l-istqarrija sħiħa tal-Kunsill Lokali tal-Imsida li ġiet ippubblikata aktar kmieni llum, li tgiddeb fl-ewwel linja tagħha lill-Partit Laburista stess:

Aqra aktar hawn:

Il-Gvern jidħaq bir-residenti Misidjani

IL-KUNSILL TAL-IMSIDA LILL-GVERN: “Din mhix konsultazzjoni”