Il-Kunsill Lokali l-Imsida fi stqarrija kkonferma li ma kienx konsultat dwar it-tneħħija tal-parkeġġ fi Triq D’Argens.
Kien ftit tal-ġimgħa ilu meta l-Awtorita’ dwar it-Transport infurmat lil Kunsill li l-parking bays ser ikunu qed jitnehhew bi prova ghal xahar. “Din ma tissejjahx konsultazzjoni izda informazzjoni”, qal il-Kunsill fi stqarrija.
Dan kollu ga gie kkonfermat permezz tal- mozzjoni li ġiet approvata f’laqgħa urġenti tal-istess kunsill
li saret fil- 21 ta’ Marzu li għadda.
Il-Kunsill Lokali l-Imsida, b’maġġoranza laburista, tenna l-pozizzjoni tieghu li huwa kontra t-tnaqqis ta’ dawn il-parkeġġi u se jkompli jaħdem sabiex dawn jiġu għal li kienu.
//= $special ?>