Ekonomija Lokali

Joseph Cuschieri maħtur Kap Eżekuttiv tal-MFSA

Se jibda l-kariga bħala CEO tal-MFSA minn nhar l-24 ta' April 2018

Il-Bord ta’ Gvernaturi tal-MFSA appunta lil Joseph Cuschieri bħala Kap Eżekuttiv tal-Awtorita’. L-istqarrija tgħid li hu wkoll se jingħata post fil-Bord tal-Gvernaturi. Din se tkun l-ewwel darba fl-istorja tal-Awtorita’ Maltija għas-Servizzi Finanzjarji fejn se jkollha Kap Eżekuttiv u Chairman wara l-aħħar emendi fl-Att dwar l-MFSA.

Din l-istruttura issa ġiet inregola mar-regolaturi Ewropej tas-servizzi finanzjarji, dan wara konsultazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew. Fl-irwol il-ġdid tiegħu bħala CEO tal-MFSA, Joseph Cuschieri se jkun responsabbli mill-imanniġġjar tal-Awtorita’, filwaqt li jieħu ħsieb implimentazzjoni u strateġiji għas-settur tas-servizzi finanzjarji.

Joseph Cuschieri ilu fil-professjoni ta’ Accountant għal 25 sena, u huma wkoll membru fil-Malta Institute of Accountants – fejn jispeċjalizza f’management accounting, corporate finance, regulazzjoni ekonomika, u business management. Tul il-karriera tiegħu hu ilu numru jokkupa rwoli għolja fis-settur finanzjarju fosthom Head of Corporate Affairs u Kap Kummerċjali ma’ Vodafone Malta, Chief Operating Officer mal-Malta Communications Authority, senior consultant ma’ EY qabel ma’ beda jokkupa l-kariga ta’ Chairman fl-MFSA, u l-Malta Gaming Authority minn Novembru tal-2013.

Il-Bord ta’ Gvernaturi tal-MFSA hu:
Prof John Mamo – Chairman
Mr Joseph Cuschieri – CEO
Mr Mario Borg
Dr Joseph Brincat
Mr Frans Camilleri
Dr John Consiglio
Dr Lauren Ellul
Mr Andre Psaila
Dr Mario Vella
Mr Herbert Zammit Laferla