Tal-anqas persuna waħda ttajjret f’Tas-Sliema.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma dan il-każ, meta kkuntattjat minn NET News.
Jidher li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta meta fi Triq Santa Marija ttajjret mara mill-Polonja li hija residenti tas-Sliema.
Hi ttajjret minn karozza, vettura tat-tip Ford Kuga.
Hi ttieħdet l-isptar b’ambulanza. S’issa, il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.
//= $special ?>