Futbol Sport

Poloz: Bayern kontra Real Marid u Liverpool kontra Roma

Ftit tal-ħin ilu ttellgħu l-poloz tas-semifinali kemm taċ-Champions League kif ukoll tal-Europa League.
Bayern Munich se jilagħbu kontra l-holders Real Madrid u Liverpool se jilagħbu kontra Roma.

Fl-istaġun li għadda Real u Bayern diġa’ kienu ltaqgħu fil-fażi tal-kwarti tal-finali meta dakinhar Real kienu għaddew b’aggregate ta’ 6-3 bieex baqgħu sejrin sal-finali, finali li rebħu f’Cardiff kontra Juventus.

Il-logħba bejn Roma u Liverpool żgur li tfakkar lil ħafna fil-finali tat-Tazza taċ-Champions tal-1984 meta dakinhar fl-Olimpico Liverpool rebħu 4-2 bil-penalties.

L-ewwel legs tas-semifinali jintlagħbu fl-24 u fil-25 ta’ April bit-tieni legs jkunu fl-1 u fit-2 ta’ Mejju. Il-finali se ssir fis-26 ta’ Mejju fil-belt ta’ Kiev.

Fatt kurzjuż hu li jum qabel it-tlugħ tal-poloz, fuq is-sit elettroniku tal-klabb ta’ Roma kien diġa’ qed jiġi rreklamat il-biljett għat-tieni leg kontra Liverpool.

Il-poloz tal-Europa League kienu dawn:
Arsenal v Atletico Madrid
Salzburg v Marseille

Is-semifinali tal-Europa League jintlagħbu fis-26 ta’ April u fit-3 ta’ Mejju. Il-finali f’Lyon se tkun fis-16 ta’ Mejju.