Numru ta’ studenti ngħataw l-opportunità li jitgħallmu dwar diversi setturi tal-Unjoni Ewropeja u l-pajjiżi li jiffurmaw parti minnha.
Il-programm, bl-isem ta’ European Ambassador kien maqsum f’sitt partijiet. Dawn kienu jikkonsistu fl-istorja u l-ġeografija tal-unjoni, l-ambjent, deċiżjonijiet li jittieħdu, ċ-ċittadinanza u l-valuri fil-pajjiżi Ewropew.
L-istudenti tas-sekondarja kellhom esperjenza interattiva sabiex dan il-programm iqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-Unjoni Ewropeja u x’jiġifieri li wieħed ikun ċittadin tal-istess unjoni. Dan il-programm sar b’mod speċjali biex l-istudenti jieħdu gost jitgħallmu. Waħda mill-aħħar attivitajiet li saru kienet tikkonsisti f’quiz kompetittiv.
Il-Programm ġie fi tmiemu b’seminar ġewwa d-Dar l-Ewropa fil-Belt Valletta fejn l-iskejjel rebbieħa kienu mistiedna li jattendu. Preżenti kien hemm il-Membru Parlamentari Ewropew, Francis Zammit Dimech li pprezenta ċ-ċertifikati lill-iskejjel. Dawn iċ-ċertifikati kienu tal-parteċipazzjoni u tlestija ta’ dan il-proġett.
Wara li gew pprezentati ċ-ċertifikati, l-istudenti u l-għalliema ntroduċew lilhom infushom filwaqt li qalu x’tgħalmu minn dan il-proġett, filwaqt li ħadu sehem f’diversi logħob.
Ritratti: Matthew Tabone
//= $special ?>