Il-bassara tat-temp indipendenti FirstMalta qed jgħidu li ċiklun li se jkun qed jolqot it-Tramuntana tal-Afrika se jwassal riħ qawwi u ramel sal-gżejjer Maltin.
Il-mappa t’hawn fuq turi li l-għajn taċ-ċiklun se tkun fuq it-Tramuntana tal-Afrika, filwaqt li Malta tidher imdawwra b’ċirku bajdani.
Mistennija li s-sħana tiżdied fi tmiem il-ġimgħa, iżda wkoll it-temp se jidher imdaħħan, kawża tal-fatt li ċ-ċiklun se jkun pożizzjonat fuq it-Tuniżija u se jaffetwana bit-tarf tiegħu. Dan se jwassal sabeix riħ qawwi jaħraq, li se jkun qed joriġina fuq id-deżert, iwassal fuqna ammont ta’ ramel fin u abra fl-arja.
It-tieni mappa t’hawn fuq turi kif il-livelli ta’ ramel fl-arja se jkun pjuttost elevat matul il-ġurnata tas-Sibt fuq iċ-ċentru tal-Mediterran u wkoll fuq il-gżejjer Maltin. Il-livelli tat-trab mistennija jilħqu saħansitra sal-Ewropa ċentrali.
Dan l-effett mistenni jilħaqna mil-lejla tard bil-lejl, hekk kif nistennew li r-riħ jibda’ jitqawwa minn wara nofs il-lejl u jdum sa għada s-Sibt (13 t’April) wara nofsinhar. Ir-riħ mistenni jilħaqna mill-Grieg il-Lvant b’qawwa li tilħaq Forza 7 f’xi ħin u b’buffuri tar-riħ (wind gusts) li jmissu l-Forza 8.
Filwaqt li kawża ta’ din l-istess sistema li qegħda pożizzjonata fuq it-Tramuntana tal-Afrika mistennija wkoll li ftit xita ħafifa, li iżda ħa tkun tal-ħamrija, se tilħaq fuq il-gżejjer Maltin fil-lejl bejn is-Sibt u l-Ħadd. Il-livell ta’ xita mistenni jkun baxx u f’forma ta’ rxiex.
It-temperaturi mistennija jmissu l-21C (l-ogħla).
//= $special ?>