Kummerċ Lokali

Se jieħdu erbat itmien art biex ikabbru l-ħaxixa f’Malta

Rapport ippubblikat din il-ġimgħa fl-Australian Financial Review jikkonferma li l-kumpanija MGC Pharma se tkun qed tibni faċilita’ f’Malta għall-kultivazzjoni tal-ħaxixa u l-produzzjoni ta’ kannabis mediċinali.

Brett Mitchell, is-sid ta’ din il-kumpanija Awstraljana, qal li l-klima ta’ Malta se tippermetti li jkun hemm tliet ċikli fis-sena fejn isir ħsad tal-pjanti tal-kannabis.

“L-opportunita’ li preżentalna l-Gvern Malti teċitana”, qal Mitchell lill-Australian Financial Review.

Il-ġurnal Times of Malta illum irrapporta li din il-fabbrika tal-kannabis se tieħu 4 itmien art, il-maġġoranza tagħhom għall-kultivazzjoni tal-ħaxixa. L-istess gazzetta tgħid li dawn il-pjanti tal-kannabis se jitkabbru fin-naħa t’isfel ta’ Malta.