Lokali

Se jkun restawrat volum b’kopja tad-dokument tal-George Cross

Tibda ħidma biex volum li fih kopja tad-dokument tal-għotja tal-George Cross jkun ippreservat.

Il-Fondazzjoni Arkivju Notarili ingħaqdet flimkien mal-Għaqda Din l-Art Ħelwa sabiex tkompli l-ħidma favur il-wirt storiku tal-karta f’Malta. Din l-Art Ħelwa għamlet diversi attivitajiet biex tiġbor il-flus għall-konservazzjoni ta’ dan il-volum oriġinali tal-għotja tal-George Cross. Id-donazzjoni miġbura ingħatat waqt it-tnedija ta’ din l-inizjattiva.

Dan il-volum jirrapreżenta ż-żmien iebes li l-poplu Malti għadda fi żminijiet tal-gwerra, b’mod speċjali n-nuqqas ta’ ikel li kien hawn fil-pajjiż. Il-volum jikkonsisti wkoll f’bejgħ t’art bi pjanti mpenġijin bl-idejn u r-rikostruzzjoni ta’ bini mwaqqa’, fost oħrajn.

Ix-xogħol fuq dan il-volum jinkludi tindif, tneħħija ta’ tiswijiet antiki, u tiswija tal-qoxra u tal-ispina. Dan hekk kif bħalissa l-volum jinsab f’qagħda ħażina.

Il-George Cross ġie mogħti lill-poplu Malti mir-Re George VI (6) fil-15 ta’ April 1942 għall-qlubija u perseveranza li wera matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Fis-7 ta’ Frar 1947 ingħata l-permess biex jitpoġġa rapreżentazzjoni tal-Georg

e Cross fuq il-bandiera Maltija, unur li jagħmel lil pajjiżna uniku hekk kif qatt ma ngħata lil pajjiżi oħra.

Ritratti: Matthew Tabone