Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi serji wara li kien involut f’inċident għall-ħabta tas-1:30pm. Il-każ seħħ fi Triq in-Naxxar, Birkirkara.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fil-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li għal xi raġuni seħħ impatt bejn vettura tat-tip Skoda Fabia li kienet misjuqa minn raġel ta’ 40 sena, residenti l-Mosta u mutur Ducati 600m li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 30 sena li joqgħod Birkirkara.
Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>