Lokali Mużika

Video ta’ kantanta Maltija jaqbeż in-nofs miljun view fuq Facebook

It-tfajla Maltija ta’ 15-il sena Nicole Hammett, għamlet video tal-kanzunetta li din is-sena se tirrappreżenta lill-Estonia fil-Eurovision u kif kien ippubblikat fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Nicole laħaq rekord ta’ views għal videos f’Malta għax f’ġimgħa biss rawh iktar minn nofs miljun ruħ.

Dan il-video ittella’ wkoll fuq youtube u minn hemm issuġġerewlha li tidħol f’kompetizzjoni organizzata mill-Estonia jisimha ‘La Forza Challenge’.

Il-video ta’ Nicole intgħażel mill-kantanta oriġinali tal-kanzunetta nnifisha, Elina Nechayeva li għamlet share tiegħu. Barra dan għamlet kummenti ferm pożittivi mhux biss fuq dan il-video maħdum Malta minn Clive Pace Films, iżda anke fuq il-vuċi ta’ Nicole.

Minn hemm Nicole bdiet tiġbed l-għajn ta’ diversi barranin li qegħdin jidħlu fic-channel ta’ youtube tagħha u qed iħallulha kummenti ferm pożittivi fuq il-vuċi straordinarja tagħha. Nicole hi kantanta versatili li tesperimenta bi stili differenti.

Hi magħrufa l-iktar għal medleys li tagħmel ta’ ġeneri opposti ta’ mużika bħal klassiku (sopran) u rock. Nicole rebħet diversi festivals kemm Malta kif ukoll barra minn Malta, għaddiet mill-ewwel 4 auditions tal-ewwel edizzjoni ta’ The Voice Kids UK.

Nicole ilha titħarreġ il-vuċi għal dawn l-aħħar 5 snin ma’ Danica Muscat, Joshua Alamu u Maestro Joseph Chircop. Hi taspira li tkompli tistudja l-vuċi barra minn Malta.