Lokali

3,200 persuna jiffirmaw f’sitt ijiem kontra l-iffriżar tal-embrijuni

F’dawn l-aħħar sitt t’ijiem, il-Fondazzjoni Gift of Life ġabret iktar minn 3200 firma f’petizzjoni Parlamentari kontra l-iffriżar tal-embrijuni.

Skont il-Fondazzjoni, fi stqarrija dwar l-emendi fil-liġi, hemm biża li xi embrijuni se jibqgħu ffriżati b’mod indefinit filwaqt li joħolqu dilemma jekk din hix etikament korretta. It-teknoliġija għadha ma tikkonfermax li kull embrijun se jsalva l-proċess ta’ iffriżar. B’hekk hemm biża’ li ħafna jmutu, qalet il-Fondazzjoni.

Barra dan, hu maħsub li jekk il-proposti tal-Gvern jidħlu fil-liġi eżistenti tal-IVF, se jkunu qed jinħolqu numru ta’ kumplikazzjonijiet legali. Waħda minnhom tkun li t-tfal ma jkunux jistgħu jsiru jafu min huma l-ġenituri bioloġiċi tagħhom la darba d-donazzjoni tal-embrijuni ssir b’mod anonimu.